“Il-linji gwida għall-iskejjel se jiġu ppubblikati nhar il-Ġimgħa” – Bonnici

Read in English.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici qal li l-linji gwida għall-iskejjel minħabba l-pandemija tal-COVID-19 se jkunu ppubblikati sa nhar il-Ġimgħa li ġej.

Huwa spjega li l-linji gwida qed jiġu finalizzati fis-sigħat li ġejjin, u se jkunu ppubblikati nhar il-Ġimgħa wara diskussjonijiet mal-istakeholders. Bonnici qal li l-istudenti ma jistgħux jitilfu iżjed skola, imma minflok irid ikun hemm pjan fuq kif jinfetħu l-iskejjel b’mod sigur. Huwa saħaq fuq is-sens ta’ kommunità li jgħin lit-tfal jitgħallmu.

Il-Ministru qal li l-Ministeru tal-Edukazzjoni qiegħed f’diskussjonijiet kontinwi mas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

L-iskejjel għalqu f’Marzu li għadda, u għandhom jerġgħu jiftħu fit-28 ta’ Settembru. Kien hemm diversi entitajiet li qalu li l-iskejjel m’għandhomx jiftħu hekk kif il-każijiet tal-coronavirus żdiedu matul dan ix-xahar. Barra minn hekk, kien hemm numru ta’ każijiet fi Skolasajf.

L-edukaturi wkoll qed jgħidu li mhux lesti jirritornaw fil-klassi flimkien mal-istudenti minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija bħalissa. Però, Bonnici qal li se jkun hemm laqgħa mal-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) għal diskussjoni dwar il-protokolli tas-saħħa.

L-iskejjel independenti llum wkoll staqsew għall-linji gwida sabiex ikunu jafu x’ħa jagħmlu għall-ftuħ tagħhom f’Settembru.

L-iskejjel independenti jsaqsu għall-linji gwida
“Agħtuna linji gwida jekk se niftħu” – skejjel independenti