L-Ingliż l-aktar lingwa barranija popolari fl-UE

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Lingwi, studju li sar mill-Eurostat fit-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea juri kif fl-2011, żewġ terzi tal-persuni adulti li jaħdmu qalu li kienu jafu lingwa barranija bl-iktar lingwa popolari tkun dik Ingliża.

Minbarra dan, l-Ingliż hija l-iktar lingwa barranija popolari bejn dawk li għandhom 25 u 64 sena.

Fl-istess sena 83% tal-istudenti fl-iskejjel primarji u 94% ta’ student fi skejjel sekondarji madwar l-Ewropa kienu qed jistudjaw l-Ingliż bħala lingwa barranija.

It-tieni l-aktar lingwa studjata fl-iskejjel primarji u sekondarji hija l-lingwa Franċiża, segwita mill-Ġermaniż u mill-Ispanjol.