“Il-likwidazzjoni tal-kumpanija bdiet f’Jannar mhux illum” – Keith Schembri

Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri qal li l-kumpanija tiegħu fil-Panama Tillgate, bdiet il-proċess ta’ likwidazzjoni beda fit-22 ta’ Jannar, 2017.
Dan wara li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat li l-kumpaniji ta’ Keith Schembri (Tillgate) u tal-Ministru Konrad Mizzi (Hearnville) bdew il-proċess ta’ likwidazzjoni b’emerġenza llum.
Fil-blogg tagħha, Caruana Galizia qalet li dan ġara wara li żvelat li ġew trasferiti somom kbar ta’ flus minn kumpanija ta’ politically exposed person mill-Ażerbajġan fil-kumpaniji ta’ Schembri u Mizzi, kif ukoll fit-tielet kumpanija Egrant.
Min-naħa tagħhom, kemm Schembri kif ukoll Mizzi qalu li se jiftħulha libell.
Caruana Galizia qalet li se tkompli tiżvela aktar informazzjoni fil-jiem li ġejjin.
Keith Schembri qal li Daphne Caruana Galizia u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qed ikomplu bil-gideb biex jiddevvjaw l-attenzjoni minn fuq dak li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista
Qal li għaddew ħamest ijiem minn meta Caruana Galizia tkellmet dwar it-trasferiment tal-flus iżda baqgħet qatt ma sostniet dak li qalet bil-provi.