Il-Partit Demokratiku qal li l-liġi tal-whistleblower f’Malta għandha ħafna nuqqasijiet, bħalma deher fil-każ ta’ Jonathan Ferris.
Għalhekk il-PD qal li talab lill-Unjoni Ewropea biex tħaffef u tistabbilixxi liġijiet li jipproteġu lill-whistleblowers, għax fi kliemu, dawn għandhom funzjoni ċentrali għal kull stat demokratiku.
F’dan il-kuntest, il-PD sostna li qed isejjaħ għal mekkaniżmu uniformi fl-Unjoni Ewropea biex toffri protezzjoni. Fl-istess waqt argumenta li tiżgura dan għandu jassigura li l-prinċipji veri tal-liġi tal-whistleblower ikunu stmati fl-istati membri kollha.