Il-liġi tal-kirjiet nofs leħja – il-Kamra tal-Kummerċ

Read in English.

Il-liġi tal-kirjiet li qed jipproponi l-Gvern hi liġi nofs lejħa skont il-Kamra tal-Kummerċ.

Fi stqarrija, il-Kamra tal-Kummerċ (MCCEI) qalet li l-liġi lanqas biss tibda ssolvi l-kwistjonijiet li qed jaffaċċja s-suq tal-kera li ilhom hemm għexieren ta’ snin.

Il-Kamra qalet ukoll li tinsab diżappuntata li għalkemm qajmet tħassib dwar ir-riforma, il-Gvern ma offra l-ebda tip ta’ assigurazzjoni dwaru. Il-MCCEI qalet li jidher li kollox se jibqa’ għaddej kif kien.

Il-Kamra appellat lill-Gvern biex jerġa’ jibda l-proċess mill-bidu.

F’Lulju, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hija diżappuntata bir-riforma tal-kera proposta mill-Gvern, peress li dak propost fl-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali huwa ‘l bogħod mill-oġġettivi li oriġinarjament kellu jkollha l-White Paper tas-suq tal-kera.

“Inaċċettabbli li l-Awtorità tad-Djar tista’ tidħol f’dar privata” – Il-Kamra tal-Kummerċ