Il-liġi tal-IVF hija diskriminatorja – AD

L-Alternattiva Demokratika qed tinsisti li l-liġi tal-IVF kif inhi bħalissa, hija diskriminatorja. Fi stqarrija, l-AD qalet li li l-kura tal-IVF jeħtieg li tkun offruta lil kull min ikollu bżonnha mingħajr diskriminazzjoni.

Kif inhi bħalissa, il-ligi tiddiskrimina kontra koppji tal-istess sess u kontra dawk li jixtiequ jkollhom it-tfal imma m'humiex miżżewġin jew f'relazzjoni eterosesswali stabbli, saħqet l-Alternattiva Demokratika.

L-AD ħeġġet lill-Gvern biex jirrevedi l-liġi biex din tara li s-servizz tal-IVF ikun wieħed ġust u aċċessibbli għal kull min ikollu bżonnu.