​Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tiddaħħal sas-sajf

Il-Gvern huwa kommess li jdaħħal liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti sas-Sajf li ġej.
 
Fi stqarrija l-Gvern qal li dwar dan beda proċess ta’ konsultazzjoni permezz tal-pubblikazzjoni ta’ white paper fl-1 ta’ Frar. Żied jgħid li l-ewwel fażi li fiha qed jintlaqgħu sottomissjonijiet bil-posta u bl-imejl tintemm fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
 
Imbagħad tibda t-tieni fażi fejn se jsiru laqgħat diretti mal-istakeholders ewlenin.
 
Il-Gvern sostna li l-pjan hu li fil-15 ta’ Ġunju 2014 mat-tmiem tal-proċess ta’ konsultazzjoni jsir l-ewwel qari tal-abbozz finali biex sas-sajf il-liġi tkun daħlet fis-seħħ.