“Il-liġi ta’ sanità salvatna mill-coronavirus” – il-Ministru Galdes

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjalio Roderick Galdes qal l-housing sar l-ewwel linja ta’ difiża għall-pandemija tal-coronavirus fejn li wieħed jkollu saqaf fuq rasu saret ħajja jew mewt. Meta kien qed jitkellem fit-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, Galdes qal li probabbli l-liġijiet tas-sanità f’Malta qed jgħinu lil Malta tegħleb l-imxija tal-coronavirus. 

Huwa qal li l-liġijiet tas-sanità li ntroduċew l-Inġliżi fi żmien il-pandemija tal-pesta tal-1813 li jinkludu 10-piedi bitħa, spazji miftuħa u aċċess għax-xemx u fuq kollox ippjanar serju ta’ bini wassal biex Malta tkun f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi ġirien li jgħixu wisq fil-qrib ta’ xulxin li għandhom sitwazzjoni fejn għandhom mases ta’ nies li jgħixu ħdejn xulxin u dan seta’ jwassal tal-firxa bla kontroll tal-virus. 

Il-Ministru Galdes qal li mhux faċli tgħix imsakkar ġo darek għal xahrejn f’akkomodazzjoni taħt l-istandard u nieqsa mil-lussu ta’ affarijiet bażiċi. Huwa qal li l-coronavirus hija sinjal ta’ twissija kontra l-kritika li ssir li qed jinbnew appartamenti kbar wisq.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn