Il-liġi li tipproteġi l-każini tal-banda tikser id-drittijiet tas-sidien tal-kera – il-Qorti

Google Street View

Read in English.

Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti qal li liġi kontroversjali introdotta fl-2018 li tipproteġi l-każini tal-banda milli jitkeċċew minn propjetà minn sid il-kera wara li dawn jagħmlu xogħol strutturali mingħajr awtorizzazzjoni tikser id-drittijiet fundamentali tas-sid.

Hu għadda dan id-digriet f’każ miftuħ kontra l-Każin tal-Banda ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema u l-Avukat tal-Istat. Il-President ta’ dan il-każin huwa l-Ministru Michael Falzon.

Is-sidien tal-art kienu fetħu proċedimenti legali quddiem il-bord li jirregola l-kera f’Ġunju tal-2008 wara li kien sar xogħol mhux awtorizzat mill-każi tal-banda fil-binja li tinsab fil-pjazza tal-Lunzjata. Ix-xogħol kien kopert minn permess, imma s-sidien tal-art ma kinux infurmati b’dan ix-xogħol. Il-bord kien iddeċieda kontra s-sidien tal-art, li min-naħa tagħhom appellaw id-deċiżjoni. Madanakollu, il-gvern imbagħad introduċa l-emendi kontroversjali tal-Kodiċi Ċivili, li jipproteġi l-każini tal-banda li okkupaw propjetà għal aktar minn 30 sena milli jitkeċċew minn propjetà għall-ebda raġuni għajr għal jekk ma jħallsux il-kera.

Tliet xhur wara li kienu introdotti l-emendi, il-Qorti tal-Appell laqgħet it-tilwima tas-sidien tal-art, iżda mbagħad qalet li ma tistax tapprova t-terminazzjoni tal-kera. Is-sidien b’hekk fittxew referenza kostituzzjonali.

Il-Każin tal-Banda ta’ Stella Maris u l-Avukat tal-Istat argumetaw li l-emendi kellhom għan leġittimu – li jilħqu bilanċ bejn l-interessi tas-sidien tal-art, il-pubbliku inġenerali u l-każin tal-banda – u b’hekk ma kisrux il-Kostituzzjoni lanqas ma kisru l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani.

Fix-xhieda tiegħu, Falzon emfasizza li l-għan soċjali tal-klabb u qal li l-propjetà kienet tintuża b’mod regolari għal avvenimenti filantropiċi u oħrajn mingħajr ma titlob ħlas.

Il-Prim Imħallef qal applikazzjoni retroattiva ta’ liġi ġdida tista’ tkun permessa, imma biss jekk din tiġġustifika l-interess pubbliku. Hu rrikonoxxa wkoll li l-protezzjoni tal-wirt kulturali jservi fl-interess pubbliku u li l-każini tal-banda huma parti minn dan il-wirt.

Madanakollu, insista hu, ma kien hemm l-ebda interess pubbliku speċifiku fir-raġunijiet wara l-emenda, li ma tipproteġix il-każini tal-banda mill-effett taż-żieda fil-valur tal-propjetà biex tgħinhom ikampaw, imma minflok ipproteġiethom mir-riperkussjonijiet li kellhom jaffaċċjaw wara li kisru l-obbligi kontrattwali.

B’hekk hu qal li l-emenda kisret id-drittijiet ta’ smigħ ġust tas-sidien tal-art u d-dritt tagħhom li jgawdu l-propjetà tagħhom. Konsegwentament, il-każin tal-banda ma setgħax jassumi l-protezzjoni li tipprovdi l-emenda.