Il-Liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni mhix omofobika – L-Isqof Scicluna

Il-liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni hija t-tema tal-blog l-iktar riċenti tal-Isqof Awżiljarju Charles J Scicluna fuq Newsbook.com.mt. Jispjega li hemm inkoerenza fl-argument ta’ dawk li favur id-drittijiet tal-persuni omosesswali meta jgħidu li s-servizzi għall-bidu tal-ħajja, bħalma huma l-IVF, ikunu aċċessibbli għall-koppji etero-sesswali li mhux bilfors huma miżżewġin, iżda li għandhom ħajja stabbli flimkien bħala koppja.

L-Isqof Scicluna jispjega li l-inkoerenza qiegħda fil-fatt li filwaqt li fis-snin disgħin l-għajta tal-gay lobby kienet id-dritt li wieħed ikun differenti, id-dritt għad-diversità. Iżda issa l-għajta mhix diversità imma ugwaljanza.

Jgħid li min jirrispetta l-fatt li l-koppji omosesswali huma differenti, qiegħed jirrispetta fatt u b'daqshekk mhux ikun omofobiku. Jispjega li dan jgħodd ukoll għal-liġijiet.

Fil-blog tiegħu fuq Newsbook.com.mt, l-Isqof Scicluna jispjega li d-diversità titlob li tiġi dejjem rispettata anke meta l-konsegwenzi tagħha ma jkunux dawk li wieħed jippretendi jew jistenna.  

Tista’ taqra l-blog sħiħ hawnhekk:  http://bit.ly/17YyGEM