Il-Lifecycle għall-2015 se ssir fl-Iżlanda

L-Iżlanda hija d-destinazzjoni li ntgħażlet għall-Lifecycle tas-sena d-dieħla.
Dan tħabbar minn Alan Curry, il-President tal-Lifecycle Malta Challenge.
L-isfida tal-2015 se tkun is-17-il darba li tim ta’ ċiklisti Maltin se jieħdu sehem f’din l-isfida.
Il-Lifecycle li jmiss se jsir bejn it-3 ta’ Lulju sas-17 ta’ Lulju u se jkopri mal-2,000KM.
Il-Lifecycle timmira li tkompli tqajjem kuxjenza u tiġġenera appoġġ għall-pazjenti li jsofru mill-mard fil-kliewi u tinkoraġġixxi d-donazzjonijiet tal-pubbliku.
Matul dawn l-aħħar snin, ir-Renal Unit irċieva miljuni ta’ ewro f’tagħmir u servizzi mill-edizzjonijiet tal-Lifecycle li għaddew. 
Għat-tielet sena konsekuttiva Actavis huma l-isponsors uffiċjali u diġà taw donazzjoni ta’ €25,000. 

Ritratt: DOI – Martin Attard