“Il-liċenzja ta’ e-scooter għola minn ta’ mutur” – Il-PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) innota l-limitazzjonijiet tar-regolazzjoni tal-użu tal-e-scooters, fosthom li l-liċenzja hija għola minn ta’ mutur minkejja li għandu inqas saħħa.

Fi stqarrija, il-partit qal li hemm korsiji għaċ-ċiklisti f’toroq arterjali li għadhom kemm twessaw, u l-e-scooters mhux se jkunu jistgħu jintużaw fuqhom. Sostna li l-e-scooters jistgħu jintużaw iżjed fit-tul b’sigurtà tajba.

Aqra: Jipproponu li ġġib il-liċenzja biex issuq scooter

Barra minn hekk, sostna li filwaqt li l-liċenzja għall-mutur 125cc tiswa €10, il-liċenzja tal-e-scooter li għandu inqas saħħa se tkun tiswa €25. Żied jgħid li hemm bżonn aktar inċentivi biex l-e-scooters jintużaw fil-qalba tal-ibliet u l-irħula Maltin.

Il-PN ikkonkluda billi qal li se jkompli jressaq proposti li, fit-tul, huma aktar sostenibbli.