Il-libsa taż-żwieġ t’Angelina Jolie ddiżinjata bit-tpinġijiet t’uliedha

Wara li ġew ippubblikati l-ewwel ritratti uffiċjali taż-żwieġ bejn Angelina Jolie u Brad Pitt, wieħed dlonk jista’ jinduna li l-libsa li libset Angelina għat-tieġ tagħha hi kemmxejn differenti minn ilbiesi normali tat-tiġien.
Il-libsa, li hi magħmula mis-satin u li kienet iddiżinjata minn Luigi Massi ta’ Atelier Versace, għandha miħjuta fuqha diversi tpinġijiet tas-sebat itfal tagħha. Dawn kienu ddiżinjati wkoll bil-kuluri.
F’kumment li tat lill-midja, Angelina qalet li Luigi Massi għaliha qisu membru tal-familja u li ħadet gost ħafna toħloq il-libsa tat-tieġ miegħu bl-istampi ta’ wliedha fuqha.
Jolie qalet ukoll li t-tieġ għaliha kien okkażjoni speċjali ħafna li ħadet gost taqsam ukoll ma’ wliedha.