Il-libsa l-ġdida tal-Papa l-ġdid

Il-libsa tal-Papa l-ġdid hija lesta, u minn dalgħodu tinsab esposta fil-vetrina tal-ħajjata li għamluha.

Tlett mudelli tal-libsa jinsabu għall-wirja fil-vetrina tal-ħanut Gammarelli. Huma tlett verżjonijiet tal-istess libsa, għaliex għandhom daqsijiet differenti, skont minn se jkun Papa.

Il-mudell hu magħmul minn qoton abjad. Fil-vetrina hemm ukoll mant tal-ballus aħmar bl-abjad, kif ukoll żarbun aħmar tal-ġilda u ċinglu.

Il-ħajjata Gammarelli ilhom iħitu lbiesa għall-Papa mill-1798.