Il-Libja żżid il-produzzjoni taż-żejt b’mod kajman

Skont il-Viċi Ministru Libjan għaż-Żejt Omar Shakmak, il-produzzjoni tal-pajjiż hi bejn 230,000 u 236,000 barmil kuljum. F’kummenti li ta lill-ġurnal Libya Herals, sostna li r-raffinerija taż-żejt tal-kumpanija Brega, hi l-unika waħda li bħalissa qed taħdem.

It-terminals l-oħra taż-żejt  se jibqgħu magħluqa  fuq strajk minħabba li l-ħaddiema jridu paga u kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol. Ilbieraħ, il-Prim Ministru Libjan Ali Zeidan qal li ħareġ mandat ta’ arrest għal dawk il-mexxejja li ordnaw l-istrajk.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, l-esportazzjoni taż-żejt mil-Libja kienet ta’ 160,000 barmil kuljum u jirriżulta li dan hu  l-inqas ammont sa minn wara r-rivoluzzjoni.