Il-Libja setgħet issir Iraq ieħor wara biebna – George Vella

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr George Vella nsista li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha rwol attiv flimkien ma’ pajjiżi u entitajiet oħra li ilhom jagħtu sehmhom f’dak li qed jiġri fil-Libja.
Saħaq li jekk ma kinitx se tingħata l-attenzjoni meħtieġa b’mod urġenti, kien hemm il-periklu li l-Libja tispiċċa Iraq ieħor wara biebna.
Fil-laqgħa li kellu mal-Ministri għall-affarijiet barranin l-oħra tal-Unjoni Ewropea, f’Milan, il-Ministru Vella saħaq li xogħlna hu li ngħinu lill-Libja ssolvi l-problemi u mhux li jkun hemm indħil militari.
Hu qal li għandha tingħata għajnuna teknika umanitarja u politika kollha possibbli.
ied jgħid li idealment, hemm il-bżonn li titwaqqaf Kummissjoni Internazzjonali għar-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali.
Il-Ministru Vella ssuġġerixxa wkoll li matul il-waqfien mill-ġlied, għandu jkun hemm sorvlja serja ta’ dak li jkun dieħel u ħiereġ.