Il-Libja b’appell iddisprat għall-għajnuna kontra l-ISIS

Il-Libja għamlet appell iddisprat għall-għajnuna biex tkun tista’ tħares il-faċilitajiet taż-żejt milli jaqgħu taħt idejn l-Istat Iżlamiku.
Iktar kmieni din il-ġimgħa, militanti attakkaw port taż-żejt u tankijiet taż-żejt u tawhom anke n-nar.
Il-Libjani qed jibżgħu li mhux biss il-militanti jeqirdu kwantitajiet kbar ta’ żejt imma wkoll li, bħalma għamlu fis-Sirja, jieħdu kontroll ta’ faċilitajiet taż-żejt u jużawhom biex jiffinanzjaw it-terroriżmu.
Wissew li l-militanti qed jużaw armi kbar u li fl-aħħar jiem qatlu n-nies.