Il-Liberja tivvota llum bejn l-eksfutboler Weah u Boakai

Illum il-Liberja qed tivvota għal president ġdid, u l-kontestanti ewlenin huma l-eksplejer internazzjonali ta’ Milan, George Weah, u l-Viċi-President attwali, Joseph Boakai.
Weah, li fil-karriera kalċistika tiegħu rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb, rebaħ l-ewwel rawnd tal-elezzjoni, iżda m’assigurax il-50% tal-voti li kienu jagħmluh president mill-ewwel.
Il-votazzjojni fetħet fit-8am, ħin Liberjan, u tagħlaq fis-6pm.
Il-Liberja, pajjiż iffurmat minn skjavi fl-Istati Uniti li nħelsu fis-Seklu 19, ilu ma jkollu elezzjonijiet u bidla fil-poter sielma u mingħajr inkwiet sa minn 73 sena ilu.
L-elezzjoni qed issir illum, l-għada tal-Milied, f’dan il-pajjiż b’maġġoranza Kristjana, minħabba dewmien li kien ikkawżat minn aspetti legali.
Dan wara li kandidat li fl-ewwel rawnd ġie fit-tielet post u waqa’ mit-tiġrija qal li dak ir-rawnd kien ikkaratterizzat minn frodi u irregolaritajiet.
Madankollu l-Qorti Suprema qalet li l-evidenza mressaq ma kinitx biżżejjed biex il-voti tal-ewwel rawn jerġa’ jingħaddu.
Boakai ilu Viċi-President għal dawn l-aħħar 12-il sena, filwaqt li dan huwa t-tielet ċans li Weah qed jittanta biex isir president, wara li fl-2005 rebaħ lill-President attwali, u l-ewwel president mara fl-Afrika, Ellen Johnson Sirleaf, iżda mbagħad tilef fit-tieni rawnd. Imbagħad fl-2011 il-koalizzjoni li kien jifform parti minnha deċidiet li tibbojkottja l-elezzjoni.
Fir-ritratt: Boakai (xellug) u Weah (lemin)