Il-Liberja fi stat ta’ emerġenza minħabba l-Ebola

Il-President tal-Liberja, Ellen Johnson Sirleaf iddikjarat stat ta’ emerġenza minħabba l-virus tal-Ebola.
Meta kienet qed tindirizza lin-nazzjon fuq it-televiżjoni, Sirleaf qalet li minħabba ċ-ċirkostanza, ċertu libertajiet ċivili se jiġi sospiżi.
L-Ebola laqtet mhux biss il-Liberja imma wkoll il-Ginea, Sjerra Leon u n-Niġerja u b’kollox mietu aktar minn 930 persuna.
L-Għaqda Dinja tas-Saħħa se tiltaqa’ b’urġenza fl-Iżvizzera biex tiddiskuti x’miżuri għandhom jittieħdu kontra t-tixrid ta’ dan il-virus.
L-Ebola hija waħda mill-iktar mard kiefer fost il-bniedem, bir-rata tal-imwiet tlaħħaq sad-90%.