Il-Libanu jdaħħal restrizzjonijiet għall-immigranti Sirjani

Mil-lum, fil-Libanu jidħlu fis-seħħ regolamenti ġodda għall-immigranti mis-Sirja li issa jrid ikollhom Visa biex jidħlu fil-pajjiż.
Din hi miżura li qed idaħħal il-Libanu bit-tama li jnaqqas mill-influss qawwi ta’ immigranti Sirjani li qed jippruvaw jaħarbu mill-gwerra f’pajjiżhom.
Fil-Libanu diġà hemm madwar miljun persuna mis-Sirja li daħlu fl-aħħar xhur.
S’issa, Sirjani setgħu jidħlu fil-pajjiż, u jibqgħu hemm mingħajr restrizzjonijiet, għal sitt xhur.