Il-LESA armata sa snienha

DOI

Read in English.

L-Aġenzija Governattiva għall-Infurzar Lokali (LESA) tħaddem 129 persuna kif ukoll tmien ħaddiema amministrattivi li huma impjegati b’kuntratt ma’ kumpaniji privati. Il-LESA għandha għad-dispożizzjoni tagħha flotta ta’ 28 vettura u 21 mutur, b’sitt vetturi u 20 mutur iddaħħlu fis-servizz din is-sena.

Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament mill-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici, meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.

Kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema tagħha

Din il-ġimgħa ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-LESA u l-General Workers’ Union għall-uffiċjali tal-komunità u l-istaff amministrattiv tal-LESA. Il-ftehim kollettiv jinkludi:

  • Żieda finanzjarja konsiderevoli u sostenibbli kemm għall-istaff amministrattiv kif ukoll għal dawk inkarigati mill-infurzar.
  • Żieda fil-ġranet tas-sick leave, bank tal-leave, trasferiment tal-vacation leave, paid u unpaid leave ekwivalenti għal dak tas-servizz pubbliku
  • Assigurazzjoni tal-impjegat
  • Kodiċi tad-dixxiplina ġusta u ekwa
  • Iktar opportunitajiet fil-karriera u taħriġ xieraq

Filmat: 16-il persuna jitħarrġu mal-LESA

F’Jannar li għadda, il-LESA inawgurat uffiċni ġodda fil-Fgura.  Beda wkoll taħriġ għar-rekluti l-ġodda, kompla jissaħħaħ l-infurzar ambjentali, ingħata lbies protettiv lill-uffiċjali li jsuqu l-muturi, infetaħ għall-ewwel darba uffiċċju għal dawk l-uffiċjali tal-komunità li joperaw f’Għawdex u ġie inawgurat ukoll tribunal ta’ livell għoli għar-reġjun ta’ Għawdex. L-uffiċjali ngħataw uniformi ġdida f’Mejju 2018.

Il-gwardjani lokali jingħaqdu mal-LESA fl-1 ta’ Mejju – GWU