Il-lekċerers tal-Università u tal-Junior College jwaqqfu l-azzjonijiet industrijali

Il-lekċerers tal-Università u tal-Junior College ssospendew l-azzjonijiet industrijali wara li l-ġew infurmati li l-gvern se jressaq il-proposti biex ikunu jistgħu jitkomplew in-negozjati dwar il-ftehim kollettiv.
Il-Gvern wiegħed li l-proposti se jaslu sa nhar il-Ħamis, l-aktar sal-Ġimgħa.
Kien għalhekk li l-Unjin tal-Għalliema u l-Assoċjazzjoni tal-Akkademiċi fl-Università ddeċidew li jwaqqfu l-azzjonijiet industrijali. 
Jekk sal-ġimgħa ma jaslux proposti aċċettabbli, l-azzjonijiet mistennija jerġgħu jibdew.