Il-leġġenda Taljan Pietro Anastasi jmut fl-età ta’ 71 sena

L-eks plejer nazzjonali Taljan Pietro Anastasi miet fl-età ta’ 71 sena. L-eks attakkant kien skurja fil-loba storika tal-UEFA European Championship tal-1968. Anastasi kien skurja fil-finali li lagħbu kontra l-Jugoslavia.

Il-gowl ta’ Anastasi kien it-tieni wieħed tat-tieni logħba li lagħbu kontra t-tim Jugoslav. Il-logħba kienet intlagħbet ġewwa Ruma wara li jumejn qabel it-timijiet kienu baqgħu f’parità ta’ 1-1. It-tim Taljan irnexxielu jirbaħ it-titlu għall-ewwel darba.

Il-karriera mat-tim nazzjonali damet seba’ snin u lagħab 25 logħba. Hu kien skurja tmien gowls għat-tim Taljan. Fil-livell tal-klabbs, Anastasi rebaħ l-iScudetto tliet darbiet ma’ Juventus qabel ma’ mexa ma’ Inter, fejn rebaħ il-Coppa Italia.

L-eks midfielder ta’ Juve, Claudio Marchisio qal li kien leġġenda tal-futbol.