“Il-legat prinċipali ta’ ħija George se jkun kemm ferraħ nies” – Mario

Read in English.

George Micallef huwa wieħed mill-ikoni tat-teatru Malti, fejn il-professjonaliżmu l-kapaċità u d-dedikazzjoni lejn l-udjenzi kienu sinonimi mal-ħidma teatrali tiegħu. Hekk iddeskriva il-legat li ser iħalli George Micallef, ħuh Mario f’kummenti li ta’ lil Newsbook.com.mt meta kien qed jitkellem dwar ħuh li miet llum fl-eta’ 76 sena.

Huwa spjega li dan l-aħħar ġranet saħħet George ma’ kienitx tajba, minkejja dan, ma’ stenniex li mewtu se tkun hekk f’daqqa waħda. Mario Micallef, li bħal George huwa wkoll sinonomu mat-teatru Malti spjega li apparti li huma aħwa ħadmu ħafna flimkien fit-teatru. Tkellem dwar għadd ta’ memorji sbieħ u oħrajn inqas sbieħ.

L-iktar wieħed diffiċli kien meta ftit tas-snin ilu, George ħa l-aħbar li martu ma’ tiflaħx serjament fil-ġimgħa ta’ produzzjoni importanti ħafna, u wara diskussjoni mat-Teatru Manoel kien ħa l-parir li l-produzzjoni ma’ titħassarx u kien issostitwih fir-rwol prinċipali li kellu.

“Lil ħuk ma’ tistax’ tgħidlu le.”

Huwa spjega li George kien jagħti ħafna u ħafna biex żamm l-operetti ħajjin. “L-operetti mhijex suq faċli, u kienu diffiċli u żammha ħajja tradizzjoni b’suċċess minkejja l-ispejjeż kbar li kienu jirrikjedu biex jagħmilhom, pero s-sodisfazzjon tiegħu kien jiġi mill-ferħ tal-udjenzi. Huwa tkellem dwar esperjenzi ta’ meta’ kienu tfal u qal li l-karattru ta’ George fuq il-palk kien differenti minn dak fil-privat. Bil-kariżma u l-komiċità kienu karattereistiċi fit-teatru, George irnexxielu jirbaħ ħafna qlub tal-Maltin spjega Mario.

B’vuċi miksura Mario spjega li din hija l-ħajja. “Qegħdin hawn bħala passiġġieri.” Fakkar fil-mewt għall-għarrieda ta’ ħuhom Lino, li kien miet wara produzzjoni teatrali. Pero fi kliem Mario, il-legat prinċipali ta’ George ser ikun kemm ferraħ nies.

L-intervista sħiħa tixxandar waqt Newsbook Hour fuq l-istazzjon 103 ma’ Jesmond Saliba fis-1pm.