Il-legalità u s-solidarjetà jmorru id f’id – L-Arċisqof

captain-morgan

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-legalità u s-solidarjetà jmorru id f’id.

Mons. Scicluna qal dan fuq Twitter b’referenza għall-immigranti li bħalissa qed jinżammu fuq erba’ dgħajjes fuq ordnijiet tal-Gvern Malti.

L-Arċisqof qal li dan huwa l-mument li fih Malta u l-Ewropa għandhom jagħmlu l-affarijiet kif suppost. Qal li jappoġġja n-negozjati li qed isiru li għandhom l-għan li jsibu soluzzjoni ġusta.

Newsbook.com.mt staqsa lill-AFM u lill-Gvern dwar x’qed jiġri abbord il-bastiment Europa II. Dan wara li l-ewwel daħal qrib Delimara mbagħad beda jdur madwar il-kosta Maltija. Newsbook ma rċieva l-ebda risposta għall-mistoqsijiet tiegħu sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.