“Il-LEAD huwa pass importanti għall-ugwaljanza bejn is-sessi” – NCPE

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qalet li l-inizjattiva LEAD tal-Partit Laburista huwa pass importanti għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politika.
Il-programm LEAD tnieda aktar kmieni waqt il-konferenza ġenerali straordinarja tax-xahar li għadda, u se jkun qed jitmexxa mill-Ewroparlamentari Miriam Dalli.
Il-programm jimmira li sal-2027 nofs il-kandidati fil-PL jkunu nisa, u biex tintlaħaq dil-mira se jiġu rreklutati u jiġi offrut mentoring lil nisa li huma interessati fil-politika.
L-NCPE ikkwota l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar l-Eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa li tiddefinixxi n-nuqqas tan-nisa fil-politika bħala “żbilanċ storiku ta’ poter bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà”.
L-NCPE awgurat li l-partiti politiċi l-oħra jaddottaw inizjattivi simili.