Il-Latvja ma tissuġġerix vjaġġi lejn Malta

Miguela Xuereb

Read in English.

L-awtoritajiet tas-saħħa fil-Latvja qed jissuġerixxu biex ma jsirx ivjaġġar lejn Malta minħabba li r-rata ta’ infezzjonijiet għadha għolja meta kkumparata mal-popolazzjoni. Il-lista turi l-pajjizi kollha tal-Ewropa

Din hija l-aħħar minn sensiela ta’ aħbarijiet dwar l-ivjaġġar bejn il-pajjiżi Ewropej fiż-żmien tal-pandemija tal-coronavirus.

Id-dokument maħruġ mill-Gvern tal-Latvja juri kif Malta tħalliet barra mil-lista bi sbrixx hekk kif il-kalkolu tal-Gvern tal-Latvja kien ibbażat fuq ir-rata ta’ infezzjoni f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata. Peress li dak ta’ Malta huwa 25.6, l-awtoritajiet qalu li huwa wisq għoli biex jippermettu li jsir l-ivjaġġar bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-ħames pajjiżi l-oħra li magħhom mhux qed ikun suġġerit l-ivjaġġar huma l-Isvezja, r-Renju Unit, il-Belġju, l-Irlanda u l-Protugall.

Dwar pajjiżi bħal Spanja u l-Italja, l-awtoritajiet tal-Latvja ħeġġew lill-pubbliku biex jevalwa r-raġuni għalfejn ikun se jsir is-safar.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika f’Malta, il-Professur Charmaine Gauci kienet skjetta u qalet li għad m’hemmx deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-ajruport meta mistoqsija dwar hekk minn Newsbook.com.mt.

L-ajruport għalaq fil-21 ta’ Marzu meta l-Gvern ħareġ avviż (NOTAM) li fih speċifika li l-ajruplani jistgħu jidħlu Malta bil-markanzija, għal raġunijiet umanitarji jew bil-permess tas-Supretendent għas-Saħħa Pubblika.

Għalkemm dan l-avviż kien oriġinarjament validu sal-10 ta’ April, kien ġie mġedded u se jibqa’ validu sal-15 ta’ Ġunju. Intant, diversi linji tal-ajru li joperaw minn u lejn Malta se jkunu qed joffru titjiriet lejn għadd ta’ pajjiżi sa minn Ġunju li ġej.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Latvja dwar is-safar f’dawn il-pajjiżi:

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn