Filmat: Il-laqgħa tal-Eurogroup ma twassalx għal soluzzjoni fil-Greċja

Il-laqgħa tal-Eurogroup fil-Lussenburgu ma waslitx għall-soluzzjoni għall-kriżi finanzjarja fil-Greċja.
Il-Greċja trid tagħti xejn inqas minn €1.6 biljun lill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej.
Il-laqgħa tal-lum bejn l-IMF, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea kienet tinkludi aġġornament dwar l-aħħar żviluppi fir-riformi li qed tagħmel il-Greċja biex toħroġ mill-kriżi finanzjarja.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Grieg għamel preżentazzjoni li fiha ppropona l-ħolqien ta’ Kunsill Fiskali fil-Greċja li fih ikun jinkludi rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet biex iżommu għajnejhom fuq is-sitwazzjoni finanzjarja fil-pajjiż.
Għal din il-laqgħa, attenda ukoll il-Ministru għall-Finanzi Malti Edward Scicluna.