Il-laqgħa dwar Coleiro-Preca kienet biss informattiva – PN

B’referenza għan-nomina ta’ Marie-Louise Coleiro Preca bħala l-President tar-Repubblika, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista esprimiet id-diżappunt tagħha li ma ġietx ikkonsultata.
 
Intqal li l-laqgħa li saret illum bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma kinitx laqgħa ta’ konsultazzjoni kif inhu mistenni għal nomina presidenzjali. Il-PN iddeskrieva din bħala “laqgħa ta’ informazzjoni dwar materja li kulħadd kien diġà jaf biha”.
 
L-Oppożizzjoni sostniet li hija ħasra li l-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li jippersisti bil-manuvri politiċi tiegħu. 
 
Filwaqt li ferħet lil Marie-Louise Coleiro Preca għal din in-nomina, l-Oppożizzjoni qalet li se tieħu pożizzjoni uffiċjali dwarha waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Ħalli l-kumment tiegħek b'ismek u kunjomok hawn taħt.