Il-Laos mifni bl-għargħar

Ħaddiema tas-salvataġġ fittxew fl-ilmijiet tax-xita qliel li għamlet fil-parti remota tal-Laos, wieħed mill-ifqar pajjiżi fl-Asja wara li ġġarrfet diga u ħafna qed jibżgħu li se jsibu ħafna nies mejta.

Il-midja tal-istat preżentat ritratti ta’ raħħala uħud bi tfal żgħar li telgħu fuq il-bjut ta’ djar megħrqa. Ritratti oħrajn urew raħħala li ppruvaw jirkbu fuq dgħajjes tal-injam għas-sigurtà tagħhom fil-provinċja ta’ Attapeu, li tinsab fl-aktar parti ta’ isfel tal-Laos.

Mill-inqas għerqu sebat’irħula u r-ritratti juru li djar b’sular wieħed imtlew bit-tajn.

Uffiċjal għoli tal-Gvern tal-Laos li baqa’ anonimu għax ma kienx awtorizzat li jitkellem mal-midja qal li bosta nies setgħu mietu u mijiet oħrajn għadhom mitlufa wara li d-diga li tipproduċi l-elettriku u li kienet qed tinbena iġġarrfet it-Tnejn li għadda.