Il-Kwareżimal

Ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

300g dqiq plain

mgħarfa żejt

300g intrita

mgħarfa kokotina

kuċċarina mixed spice

kuċċarina msiemer tal-qronfol mitħun

2 mgħaref ilma żahar

qoxra mħakka ta’ lumija u larinġa

200ml ilma

għasel u lewż imfarrak għal wiċċ

Metodu

Ħallat flimkien l-ingredjenti niexfa.

Ħallat l-ilma żahar u l-ilma.

Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien.

Ħalli t-taħlita toqgħod għal 15-il minuta.

Ifforma l-biċċiet tal-kwareżimal.

Sajjar f’forn grad 180˚Ċ għal 10-15-il minuta.

Roxx ftit għasel u lewż imfarrak fil-wiċċ.