Franza: Il-kwarantina mhix għall-passiġġieri mix-Schengen u l-Ingilterra

FILE PHOTO:/Gonzalo Fuentes

Read in English.


Vjaġġaturi lejn Franza li jaslu minn pajjiż fiż-żona Schengen fl-Ewropa jew mir-Renju Unit mhux se jkollhom jagħmlu l-ġimagħtejn kwarantina obbligatorja skont kif tħabbar mill-konsolat Franċiż fir-Renju Unit il-Ħadd. 

Ir-regoli l-ġodda tal-kwarantina japplikaw għal vjaġġaturi, kemm Franċiżi kif ukoll barranin, bħala parti mill-ġlieda tal-pajjiż kontra l-coronavirus.

Id-dettalji ser jingħataw f’digriet li jispeċifika l-miżuri stipulati f’abbozz li se jkun qed jestendi l-istat ta’ emerġenza sa l-24 ta’ Lulju. Din l-inizjattiva hija maħsuba sabiex kemm jista’ jkun tillimita u trażżan il-firxa tal-Coronavirus. 

“In-nies li jidħlu fit-territorju Franċiż minn pajjiżi fiż-żona Ewropea (UE / Schengen u r-Renju Unit) MHUX se jkunu effettwati mill-miżura ta’ kwarantina mħabbra fi Franza, li d-dettalji tagħha se jiġu speċifikati dalwaqt,” qal il-konsulat Franċiż fir-Renju Unit fuq Twitter. 

Franza, li kienet il-ħames l-aktar pajjiż milqut b’24,895 mewt minn COVID-19, qed tħejji biex tibda tneħħi b’mod gradwali il-miżuri ta lockdown mill-11 ta’ Mejju li ġej. 

Il-Presidenza Franċiża ma weġbitx immedjatament għal talba sabiex tkummenta. 

Il-kelliema tal-gvern Franċiż Sibeth Ndiaye qalet aktar kmieni nhar il-Ħadd li dalwaqt tinħareġ lista ta’ “pajjiżi fir-riskju”, iżda ma ngħataw l-ebda aktar dettalji. 

“Se nistabbilixxu lista ta’ pajjiżi f’riskju u … meta n-nies ikunu ġejjin minn dawn il-pajjiżi, kemm jekk ikunu Franċiżi kif ukoll jekk huma barranin, se jkollna miżuri mandatorji ta’ kwarantina,” qalet fuq l-istazzjon tar-radju France Inter.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn