​Il-kwalità tas-servizz l-aktar li jdejjaq lin-nies – MCA

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) qalet li fejn tidħol il-komunikazzjoni elettronika, l-aktar ilmenti li rċeviet kienu dwar il-kwalità tas-servizz.
Stħarriġ tal-MCA juri li fejn jidħlu lmenti dwar  il-komunikazzjoni elettronika fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, l-Awtorità rċeviet ilmenti dwar il-kontijiet, it-twaqqif jew tibdil fis-servizz, il-kuntratti, jew termini kuntrattwali inġusti.
L-aktar settur li fih kien hemm ilmenti dwaru kien dak tal-mowbajls, bl-inqas ikun dak tat-televixins.
L-istħarriġ tal-istess Awtorità juri wkoll li saru 10 ilmenti dwar is-servizzi tal-posta. Il-maġġoranza tagħhom kienu dwar posta li ma kinetx waslet u dwar n-notifika ta’ attentat għall-kunsinja.   
L-MCA qalet li matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, irċeviet 102 ilmenti mingħand abbonati ta’ servizzi tat-telefonija, tal-internet, it-televiżjoni u s-servizzi postali. 95% minn dawn l-ilmenti ngħalqu f’inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol. L-Awtorità rċeviet ukoll mal-235 talba għall-informazzjoni mingħand il-konsumaturi.