Il-kwalità tal-ikel f’Monte Karmeli agħar minn tal-ħabs – Farrugia

Mount Carmel

Read in English.

Id-Deputat Parlamentari Godfrey Farrugia qal li l-kwalità u l-abbundanza tal-ikel li jingħataw pazjenti b’distress mentali mhux l-istess meta mqabbel ma’ dak li jingħata fl-Isptar Mater Dei, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jew fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, l-eks Ministru għas-Saħħa tkellem kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jipprivatizza l-aħħar kċina pubblika li fadal, dik tar-residenza ta’ San Vinċenż de Paule. Huwa qal li jidher li d-deċiżjoni ttieħdet mill-kabinett. 

Dr Farrugia stqarr li b’hekk il-Gvern mhu se jibqagħlu l-ebda fakultà li f’każ ta’ emerġenza bħalma hi dik tal-pandemija tal-coronavirus, jintervjeni u jidħol biex joffri s-servizz minflok l-operatur privat.