“Il-kwalità tal-ħajja tar-residenti hi ċentrali għall-AD” – Carmel Cacopardo

Carmel Cacopardo
Carmel Cacopardo

Read in English.

Iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo saħaq li l-kwalità tal-ħajja tar-residenti hi ċentrali għall-Alternattiva Demokratika – The Green Party.

Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet f’San Ġiljan nhar it-Tlieta filgħodu b’referenza għall-kandidatura tiegħu għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali, Cacopardo insista li l-assigurazzjoni li t-toroq u l-bankini ta’ Malta huma fi stat tajjeb hu impenn kontinwu.

Cacopardo għamel lista ta’ proposti li hu qed jippreżenta, fosthom it-tibdil tal-maġġoranza tal-bankini. Innota wkoll li l-aċċessibiltà tat-toroq hi importanti kemm għar-residenti u kemm għat-turisti.

Minkejja dan, hu saħaq li l-isfidi li l-Kunsill Lokali jrid jiffaċja jmorru lil hinn mill-manteniment tat-toroq u tal-ispazji pubbliċi.

Carmel Cacopardo assigura lill-pubbliku li, f’isem l-Alternattiva Demokratika, hu se jkun hemm biex ikun ċert li kulħadd ikun trattat tajjeb, u li l-Kunsill Lokali jmexxi t-triq biex jassigura li d-drittijiet ta’ kulħadd huma protetti.