Il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu jasal lura fis-Santwarju

Il-kwadru mirakoluż tal-Madonna ta’ Pinu rritorna fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu llum. Dan seħħ permezz ta’ pellegrinaġġ akkumpanjat minn bosta devoti li ħejjew ruħhom għal din il-wasla.

Intant, is-Santwarju Ta’ Pinu tlibbes il-libsa tal-festa biex jilqa’ lura l-Kwadru. Il-pellegrinaġġ beda fl-4.30pm minn ħdejn il-monument tal-pellegrin.

Is-Santwarju Ta' Pinu libes il-libsa tal-Festa biex jilqa' lura l-Kwadru Mirakoluz tal-Madonna Ta' Pinu. Niltaqghu…

Posted by Gerard Buhagiar on Saturday, January 26, 2019

Il-kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu kien qed idur bosta parroċċi f’Għawdex, bl-aħħar waħda tiegħu tkun ilbieraħ fil-Parroċċa tal-Għarb.

https://www.youtube.com/watch?v=o__SfRgICNA&fbclid=IwAR22EP1E6YeFM6eBCpd6GvVON9XFhfUDQVM0Y23p0b_wNFHDZbZO6-rs-jk