Il-Kuwajt jiżdied mal-alleati f’bojkot lill-Iran

Qed tkompli tikber il-‘gwerra’ diplomatika bejn pajjiżi fil-Golf Għarbi u fil-Lvant Nofsani, bil-Kuwajt jiżdied mal-lista tal-alleati tal-Arabja Sawdija li waqqfu r-rappreżentanza diplomatika fl-Iran.
Il-Kuwajt talab lill-Ambaxxatur tiegħu fl-Iran biex jirritorna fil-pajjiż hekk kif qed tkompli tisħon il-qiegħda wara l-qtil ta’ kleriku Xiita Iranjan fl-Arabja Sawdija.
L-Istati Uniti, in-Nazzjonijiet Magħquda u t-Turkija huma fost il-pajjiżi li qed jappellaw għall-kalma.