Il-Kurja tiftaħ il-bibien tagħha għall-Milied

Kurja - knisja.mt/ritratti

L-Isqfijiet se jilqgħu lill-pubbliku fil-Kurja tal-Arċisqof sabiex jawguraw il-Milied it-tajjeb lill-Maltin u Għawdxin.

Il-pubbliku hu mistieden iżur il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, bħalma jsir kull sena, il-Ħadd 22 ta’ Diċembru bejn l-10am u 12pm. L-Arċisqof mistenni jwassal messaġġ lil dawk preżenti fl-10.15am.

Il-Kurja avżat li dakinhar il-pubbliku jista’ juża l-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja.

L-Arċisqof Charles Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi se jilqgħu wkoll lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-iskambju tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida għada fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fis-2.30pm.