Il-Kurja ta’ Għawdex tgħid li ċ-Ċentru tal-Arti jifforma parti mill-opri pastorali

Id-Djoċesi ta’ Għawdex ippreżentat protest ġudizzjarju fil-Qorti ta’ Għawdex kontra dak ippreżentat mill-familja tal-mibki Mons Anton Gauci minħabba li dawn tal-aħħar ma qablux mal-idea tad-djoċesi ta’ Għawdex li d-dar li tħalliet b’wirt lill-Knisja tintuża għall-arti sagra.
Id-djoċesi ta’ Għawdex ħejjiet il-pjanijiet biex din id-dar tintuża bħala ċ-Ċentru ta’ Arti Liturġika Eikon.
Fil-kontroprotest iffirmat mis-Segretarju Amministrattiv tad-Djoċesi ta’ Għawdex Victor Gusman, il-Kurja qalet li trid tħares u tosserva l-memorja tal-Monsinjur Anton Gauci filwaqt li qalet li l-għan li għalih se tintuża din id-dar, li tifforma parti mill-fond li Mons. Gauci ħalla lid-Djoċesi, tagħmel parti mill-opri pastorali tad-Djoċesi.
Gusman ikkwota d-digriet ta’ Diċembru li għadda li permezz tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex Mario Ghrech waqqaf il-laboratorju taċ-Ċentru ta’ Arti Liturġika Eikon.
Fil-protest, Gusman qal li l-Kurja għandha riservi kbar dwar l-interess ġuridiku tal-kontroprotestati sabiex jopponu dan il-proġett.
Il-protest tal-Kurja ġie ffirmat mill-Avukat Carmelo Galea u jinsab anness hawn taħt: