Il-Kurdi f’dimostrazzjonijiet vjolenti fit-Turkija

Minn tal-inqas disa’ persuni nqatlu waqt dimostrazzjonijiet vjolenti fit-Turkija bejn persuni Kurdi u l-Pulizija Torka.
Dawn id-dimostrazzjonijiet saru f’numru ta’ ibliet ewlenin Torok, b’solidarjetà għall-Kurdi bil-belt ta’ Kobane li spiċċat f’idejn il-jihadisti tal-Istat Iżlamiku.
Kobane hija l-iktar belt qrib tat-Turkija. Il-President Tork, Erdogan qed isostni li hemm ħtieġa ta’ operazzjoni militari bis-suldati f’Kobane biex din il-belt tinħeles mill-assedju tal-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Erdogan qal li l-qawwiet internazzjonali għandhom jibgħatu s-suldati fis-Sirja u l-Iraq.