“Il-kurċifissi fiċ-Ċentri tas-Saħħa se jibqgħu” – Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ordna li ma jitneħħewx is-simboli reliġjużi, inkluż kurċifissi miċ-Ċentri tas-Saħħa.

Fi Tweet, Fearne qal li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tad-diriġenti tas-Saħħa Primarja li permezz ta’ ċirkolari talbu t-tneħħija ta’ dawn is-sinjali reliġjużi. Hu ordna li ċ-ċirkolari tiġi revokata immedjatament.