L-isptar tal-Onkoloġija se jakkomoda 16-il sodda għall-kura paljattiva

Il-Ministru għas-Saħħa, Godfrey Farrugia qal li l-isptar tal-Onkoloġija se jakkomoda 16-il sodda apposta għall-kura paljattiva.
Il-Ministru Farrugia spjega kif din il-kura tifforma parti mir-rapport ta’ konsultazzjoni għas-snin 2015-2020.
Dan tħabbar waqt diskors li l-Ministru għamel f’konferenza dwar il-kura paljattiva organizzata mill-Hospice Malta.
Iċ-Chairperson tal-Hospice, Lora Cascun spjegat li l-kura paljattiva tingħata biex ittejjeb il-kwalita’ tal-ħajja ta’ dawk il-persuni morda b’mard serju kemm fiżiku u mentali.
Spjegat li l-għan tal-kura mhux li tipposponi l-mewt imma li tgħin f’dak iż-żmien diffiċli.
Cascun qalet li l-Istatut ta’ Praga jisħaq li l-kura paljattiva hija waħda mid-drittijiet tal-marid.
Il-konferenza tal-Hospice Malta tat-bidu għal konferenza fuq perjodu ta’ sentejn. It-tema għal din is-sena hija ‘Kura paljattiva għal kulħadd’.