“Il-kuntratturi Maltin lesti għax-xogħlijiet fit-toroq” – MDA

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin l-MDA esprimiet il-konvinzjoni tagħha li bi preparazzjoni tajba, il-kuntratturi Maltin tat-toroq għandhom jinvestu biex ikunu f’pożizzjoni jilqgħu għall-isfidi ġodda tax-xogħlijiet kbar fit-toroq.
L-MDA qalet li qed tilqa’ b’sodisafazzjon t-twettiq ta’ investiment mill-Gvern fuq proġetti kbar ta’ titjib ta’ l-infrastruttura fit-toroq ewlenin, partikolarment fil-Marsa u fil-parti ċentrali ta’ Malta.
L-MDA qalet li dawn il-proġetti se jaghmlu d-diferenza fil-kwalità li bhalissa Malta għandha bzonn biex tegħleb il-problemi tat-traffiku u faħħret il-ħidma tal-Ministeru għat-Trasport.