Il-kuntratt tas-CEO tal-ERA jintemm “b’effett immedjat”

ERA

Read in English.

It-terminazzjoni tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġiet approvata “b’effett immedjat”.

Fi stqarrija ta’ tliet linji, l-ERA qalet li il-Bord tagħha għadu kif approva t-terminazzjoni ta’ Dr Louise Spiteri “b’effett immedjat”. Skont l-istqarrija, dan sar bi qbil bejn iż-żewġ partijiet. L-istqarrija ma tatx ir-raġuni wara dan it-tibdil.

Intqal li l-Perit Michelle Piccinino nħatret Aġent Kap Eżekuttiv sakemm toħroġ sejħa “kif previst fil-liġi”.

L-istruttura tal-ERA – Gvern ta’ Malta

Dr Louise Spiteri kienet inħatret bħala l-Kap Eżekuttiv tal-(ERA mill-Bord tal-istess Awtorità fi Frar tal-2018. L-ERA kienet spjegat li Spiteri hija speċjalizzata fil-qasam tal-liġi ambjentali.