Il-kuntrabandu li nqabad mid-Dwana fl-2018

Is-sigaretti, u d-drogi jibqgħu l-aktar oġġetti li nżammu mid-Dwana matul is-sena li għaddiet. FI stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwara qal li nżammu aktar minn 56 miljun sigarett tal-kuntrabandu u 16-il miljun kg ta’ droga. Minbarra dawn, id-dwana żammet ukoll aktar minn 44 miljun oġġetti tal-kuntrabandu, fosthom ħwejjeġ u żraben, fliexken tal-inbid u tal-birra u anki ammont sostanzjali ta’ tabakk.

Fl-2018, id-Dipartiment tad-Dwana ġġenera total ta’ aktar minn €447 miljun, li jfisser żieda ta’ €20.4 miljun fuq id-dħul iġġenerat fl-2017.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-ħidma tagħha tirrendi fi dħul għoli għal kaxxa ta’ Malta u dan jagħmilha wieħed mill-aktar dipartimenti tal-Gvern li jiġġenera flus. Il-ħidma ta’ dan id-dipartiment tiffoka wkoll fuq is-sigurtà li toffri lill-Maltin biex prodotti perikolużi ma jidħlux fis-suq Malti.