Mhux se tbeżżgħuna – Kunsillieri PN fil-Gżira; iressqu mozzjoni

Il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista fil-Gżira ressqu mozzjoni biex il-Kunsill jitlob formalment lill-awtoritajiet biex jassiguraw protezzjoni u sigurtà adegwata lill-membri u lill-impjegati tal-Kunsill.
Dan fid-dawl tal-allegat attentat minn kuntrattur li saq fuq il-Kunsillier Nazzjonalista Jeremy Cardona fil-jiem li għaddew. 
Il-Kunsillieri saħqu li l-ebda att ta' intimidazzjoni mhu se jaqtgħalhom qalbhom jew ibeżżagħhom milli jkomplu bl-impenn u l-ħidma tagħhom b'risq ir-residenti tal-lokalità. 
Qalu li se jressqu proposti konkreti biex “ir-residenti ma jibqgħux ostaġġi fi djarhom u fil-lokalità taghhom minħabba li m'hemmx pjan fit-tul”.