“Il-Kunsilli Lokali għandhom jipparteċipaw f’aktar proġetti sportivi”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Dr Stefan Buontempo stieden lil Kunsilli Lokali sabiex jipparteċipaw f’aktar proġetti għall-komunitajiet tagħhom bi sfond sportiv.
Waqt laqgħa ta’ informazzjoni għall-kunsilli lokali dwar il-programm Erasmus+ Buontempo qal l-isports jiffaċilita l-interazzjoni soċjali bejn il-membri fil-lokalità. Tenna li l-Kunsilli Lokali, għandhom il-funzjoni li jiffaċilitaw l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet sportivi.
Temm jgħid li dawn iż-żewġ fatturi jiltaqgħu flimkien fl-iskop ta’ ħidma ta’ proġetti taħt il-programm Erasmus+ sabiex aktar komunitajiet igawdu minn inklużjoni soċjali, edukazzjoni għat-tfal u żgħażagħ kontra l-vizzji, kif ukoll promozzjoni ta’ attivitajiet volontarji fl-isport, u aktar għarfien dwar titjib fis-saħħa permezz tal-attività fiżika.
Ritratt: DOI: Pierre Sammut