Il-Kunsill Żgħażagħ Għawdxin jifraħ lil Beppe Galea

Il-Kunsill Żgħażagħ Għawdxin awgura lil Beppe Galea għall-ħatra ta’ Viċi Ċermen ġdid tal-Istudenti Demokratiċi Ewropej (EDS).
Beppe Galea, student Għawdxi fl-Università ta’ Malta ġie elett bħala Viċi Ċermen tal-Istudenti Demokratiċi Ewropej (EDS), għaqda li tirrappreżenta ‘l fuq minn miljun student f’madwar 30 pajjiż Ewropew.
Ma’ Newsbook.com.mt, Galea qal li permezz ta’ dan l-irwol il-ġdid se jkun jista’ jipparteċipa aktar mill-qrib fid-deċiżjonijiet li tieħu l-EDS.
Galea ġie nnominat għall-kariga mill-organizzazzjoni lokali Studenti Demokristjani Maltin (SDM) li fiha serva tul dawn l-aħħar tliet snin.
Ritratt: Beppe Galea (Facebook)