Il-Kunsill tas-Sigurtá japprova l-ewwel forza offensiva għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

Il-Kunsill tas-Sigurtá tal-Ġnus Magħquda approva l-ewwel forza offensiva sabiex tiġġieled ir-ribelli fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Gruppi kbar armati ħadu f’idejhom partijiet kbar fil-lvant tal-pajjiż. 

Ir-riżoluzzjoni tagħti lill-forza ta’ 2,500 suldat il-kmand biex jinnewtralizzaw u jneħħu l-armi mill-idejn il-gruppi armati.

Din ix-xorta ta’ mandat huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u l-Ambaxxatur Pakistani għal Ġnus Magħquda Masood Khan enfasizza li l-intervent għandu jkun operazzjoni ta’ darba.

Diversi pajjiżi jibżgħu li forza offensiva tista’ tagħmel suldati oħra għaż-żamma tal-paċi fil-mira ta’ attakki.