Il-Kunsill tal-Mellieħa b’dispjaċir għax ma ġiex ikkonsultat f’xogħlijiet fit-toroq

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qed jitlob li ssir laqgħa ma’ Transport Malta u l-EneMalta dwar l-arranġamenti tat-traffiku li se jsiru b’mod temporanju sakemm isir ix-xogħol fi Triq Lewis Wettinger.
Fi stqarrija l-Kunsill Lokali wera d-dispjaċir tiegħu minħabba li Transport Malta u l-EneMalta ma kkonsultatx miegħu dwar ix-xogħol.
Saħaq li filwaqt li jifhem l-urġenza u l-bżonn tax-xogħol, ma jistax ma jħarisx l-interessi tar-residenti li se jintlaqtu b’mod negattiv b’dawn l-arranġamenti.